Meta fil-bidu li faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna, tħassru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, kien hemm min kien issuġerixxa li dawn isiru f’Settembru propju fil-jum tal-Eżaltazzjoni tas-Salib.
Dan minħabba li għal-lum kien hemm ippjanat li ssir purċissjoni bil-Kurċifiss mirakoluż ta’ Ġieżu tal-Belt Valletta fil-festa li aċċennajna għaliha; l-eżaltazzjoni tas-Salib.
Madanakollu, it-temp xejn ma kien iħalli l-purċissjonijiet isiru għaliex xorta waħda kien iħassar l-attivitajiet kollha.
Apparti hekk, għada 15 ta’ Settembru kien ukoll ippjanat li jsir il-pellegrinaġġ tad-Duluri ” Il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira din is-sena ma jsirux. Dejjem jekk is-sitwazzjoni tkun tippermetti f’dak iż-żmien, il-pellegrinaġġ tad-Duluri jista’ jsir f’Settembru b’rabta mal-Festa tad-Duluri nhar il-15 ta’ Settembru”, kien inkiteb fuq is-sit tad-Djoċesi Maltija http://ms.maltadiocese.org/WEBSITE/2020/INFORMATION/Direttivi%20Gimgha%20Mqaddsa_Precett_Festi_20200324.pdf
J’Alla dan is-saram li hawn fuqna jgħaddi malajr kemm jista’ jkun.
Ritratt: Id-Duluri – Belt Valletta/ TVM News