Żgur li xi darba jew oħra smajtu bl-akkwata sabiħa magħrufa tal-Maqluba fil-Qrendi! Għandha forma speċjali u stramba fl-istess ħin.
Bosta leġġendi kienu jissawru fil-passat malli jaraw fenomenu li kien ikun diffiċli jispjegawh. Għalhekk l-ewwel ħsieb kien imur fuq l-allat. Iżda fil-każ tal-Maqluba kien jingħad li n-nies li kien jgħixu fl-akkwata kienu xi ftit imqarbin u ta’ żina u Alla jew alla ta’ dak iż-żmien ikkastigahom għall-imġieba tagħhom. Minħabba f’hekk, il-villaġġ li kien hemm imbela’ l’isfel u l-fdal tal-ġebel intefa’ fil-baħar u fforma dik li llum hija Filfla.
Xenarju aktar realistiku jgħid li l-istruttura tal-post niżlet l’isfel minħabba li l-Feniċi kienu jħaffru bosta bjar ħdejn xulxin u jista’ jkun li seħħ xi terrimot passat u l-art sfrondat. Jista’ jkun ukoll li dan ġara minħabba xi maltempati qawwija… Il-verità għadha mhix ċara sew…
Nieħdu gost naraw li l-Bank APS juża l-wirt u l-kultura Maltija biex apparti li jirreklama lilu nnifsu, iqajjem kuxjenza interessanti dwar dak kollu li pajjiżna joffri. Kellu bżonn dan l-eżempju jittieħed minn entitajiet oħra. Ilkoll għandna nkunu kburin li aħna Maltin!
Ritratt: Il-Maqluba – Instagram/ aps.bank