L-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech se jsir l-ewwel kardinal mill-gżira Għawdxija u t-tielet wieħed f’pajjiżna wara Prospero Grech u Fabrizio Sciberras Testaferrata lura sew fl-istorja ta’ pajjiżna.
Fil-fatt, testaferrata għex bejn l-1757 u l-1843. Imbagħad, mhux daqshekk il-bogħod fi żmienna, kellna lil Prospero Grech, Agostinjan li miet is-sena li għaddiet propju fit-20 ta’ Diċembru tal-2019. Hu kien twieled lejlet il-Milied tal-1925.
Il-Monsinjur Mario Grech serva bħala Isqof t’Għawdex bejn l-2005 u l-2019 fejn imbagħad serva wkoll bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.
Il-Konċistorju tat-13-il kardinal ġdid se jinżamm fit-28 ta’ Novembru.
Minn wirtmalta.mt, nawguraw l-isbaħ xewqat lill-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech.
Ritratt: La Civiltà Cattolica