Qatt Innutajtu L-Irħama Mċaqalqa Taħt L-Istatwa Tar-Reġina?
Ftit ilu fuq waħda mill-paġni ta’ Heritage Malta bl-isem ta’ National Museum of Archaeology, Malta, ittellgħu ritratti interessanti ferm u li kieku ma nġibditx l-attenzjoni, kważi kważi anqas tinnotahom. Nirreferu għal ċaqlieq li kien sar fl-irħam tal-monument/pedestall ta’ taħt l-istatwa tar-Reġina Victoria minħabba t-twaddib ta’ bombi fit-Tieni Gwerra Dinjija. Wieħed jimmaġina s-saħħa ta’ bomba malli…