Ftit ilu fuq waħda mill-paġni ta’ Heritage Malta bl-isem ta’ National Museum of Archaeology, Malta, ittellgħu ritratti interessanti ferm u li kieku ma nġibditx l-attenzjoni, kważi kważi anqas tinnotahom.
Nirreferu għal ċaqlieq li kien sar fl-irħam tal-monument/pedestall ta’ taħt l-istatwa tar-Reġina Victoria minħabba t-twaddib ta’ bombi fit-Tieni Gwerra Dinjija. Wieħed jimmaġina s-saħħa ta’ bomba malli tinżel… mhux inqas il-ħerba li tħalli warajha hekk kif jixhed ir-ritratt prinċipali.
Inżommu f’moħħna, li mhux talli bomba waħda, imma iżjed kif tixhed ukoll il-pjanta mehmuża mar-ritratti li jindikaw eżatt kemm u fejn niżlu dawn il-bombi.
Kos hux! Xi ħsara saret… min jaf kemm tlifna wirt!
Ritratt: Heritage Malta