Hekk kif illum beda x-xahar ta’ Novembru; propju fl-1 u fit-2 tax-xahar ikunu mfakkra l-Qaddisin kollha kif ukoll il-mejtin kolha. Dan huwa mument ta’ ġabra għal bosta, speċjalment dawk li jkunu tilfu xi ħadd għażiż għalihom.
Ir-raħal żgħir ta’ San Lawrenz u anke dak ta’ Għajnsielem, xegħelu l-pjazez tagħhom b’inizjattivi ta’ bosta persuni li għenu volontarjament, il-kunsilli lokali, il-parroċċi u l-Ministeru għal Għawdex li sostna dawn l-attivitajiet.
Waslitilna informazzjoni li mhux dawn il-pjazez biss huma mixgħulha iżda kollha kemm huma. Xi ġmiel
Prosit tassew. Dan huwa spirtu sabiħ li wara kollox, huwa ġest nobbli li niftakru f’dawk ta’ qabilna u fil-familjari, qraba u ħbieb.
Strieħu fis-sliem!