Jidher li ma ntlaħaqx ftehim biex jinħatar Gran Mastru ġdid biex jieħu post Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto.
Għalhekk, iltaqa’ l-Kunsill tal-Ordni f’Ruma u nħatar Logutenent tal-gran Mastru li għandu perjodu ta’ sena f’din il-kariga.
Dan għaliex mistennija jsiru tibdiliet kbar fi ħdan l-Ordni anke dwar kif jinħatru l-Kavallieri.
Il-Logutenent tal-Gran Mastru huwa t-Taljan minn Brescia; Fra Marco Luzzago li għandu 70 sena.
Ritratt: https://www.katholisch.de/