“Fi żminijiet diffiċli u partikolari li għaddejjin minnhom fil-preżent, il-Kunsill Lokali ħass il-bżonn li minkejja dawn iż-żminijiet xejn feliċi mhux biss għanda narmaw l-armar li jintrama is-soltu, iżda investejna f’aktar armar tal-Milied sabiex jitgawda minnkom is-Siġġiewin u minn dak kollha li jħobbu jżuru r-raħal tagħna f’dawn iż-żminijiet”, tenna s-Sindku Dominic Grech fuq il-facebook tiegħu.
Qal li għall-ewwel darba, se jkunu qed jarmaw ukoll is-siġar tal-bypass bi dwal ġodda tal-Milied kif ukoll is-siġar tal-pjazza u armar ġdid ieħor.
Dan il-Milied ser ikun bla attivitajiet li drajna tul is-snin iżda l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħaseb biex l-atmosfera ferrieħija tinħoloq xorta waħda bl-aħjar mod possibbli.
Ħsieb sabiħ. Xerred dan l-artiklu u ħeġġeġ oħrajn jagħmlu l-istess!
Ritratt: Facebook/ Dominic Grech