Kif jixhed dan ir-ritratt, bosta Maltin erħewlha lejn il-Belt Valletta biex igawdu l-jum tat-13 ta’ Diċembru; Jum ir-Repubblika li huwa wkoll jum magħruf li ħafna jħalluh biex jagħmlu x-xiri tal-Milied.
Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, l-attivitajiet li s-soltu mdorrijin bihom ħadu xejriet differenti imma dan ma qatax qalb il-Valletta Cultural Agency biex torganizza bosta attivitajiet biex hekk, il-Milied tas-sena 2020 ma jmutx.
Anzi, pjuttost huwa mimli sew iżda dejjem bi prekawzzjonijiet u ħsiebijiet maħsuba biex fil-mument li qed ngħixu, is-saħħa tal-poplu tlkun imħarsa.
Il-Programm tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Christmas in the City, beda mit-8 sal-24 ta’ Diċembru filwaqt li xow għall-meżżi tax-xandir huwa ppjanat għal-lejliet l-Ewwel tas-Sena.
L-Atmosfera fil-Kapitali Maltija hija waħda brillanti. L-Aġenzija Kulturali Għall-Belt Valletta tħeġġeġ lilkom li filwaqt li tgawdu minn dan il-programm vast, tkomplu tobda r-regoli maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa ħalli n-numri jkomplu jinżlu. L-Ilbies tal-maskra, l-użu tas-sanitizers u li nkunu responsabbli tagħna nfusna f’kull pass li nagħmlu.
Infakkrukom ukoll, li sal-aħħar tas-sena 2020, intom tistgħu tidħl tjipparkjaw b’xejn fil-parkeġġ tal-MCP.
Ritratt: Darren Agius