Attrazzjonijiet bħal Can You Escape li tinsab fil-Fgura huma importanti kemm għat-turisti li jżuruna u anke għall-pubbliku lokali fejn ikollhom imkejjen differenti ta’ kif jqattgħu l-ħin tagħhom u jiddevertu kif ukoll iħaddmu moħħhom f’tip ta’ divertiment differenti.
Prattikament, għal min qatt ma sema’ b’dan il-kunċett, l-idea tal-Escape Room hija li tkun kamra kbira u li trid toħroġ minnha f’siegħa jew f’inqas ħin, skont kemm tħaddem moħħok biex tagħmel dan.
Ikollok numru ta’ ‘clues’ u ‘puzzles’ li trid tagħmel li jgħinuk tasal għall-għan tiegħek.
“Kunċetti bħal dawn, jawguraw tajjeb biex nattiraw iħjed turisti ta’ kwalità lejn pajjiżna”, tenna l-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo.