Iva qed tisimgħu sew. Quddiem il-bini tal-qorti fil-Belt Valletta kien hemm funtana l-ġmiel tagħha li tneħħiet madwar 80 sena ilu.
Jidher li fl-1900, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi riedu jindirizzaw il-problema tad-dranaġġ u dan seta’ jkun solvut billi jkun ippumpjat ilma mill-istazzjon Electric Light fil-Belt stess permezz ta’ pajp ta’ 9 pulzieri.
Is-Supretendent Lorenzo Gatt kien ippropona l-funtana fis-7 t’Awwissu tal-1900 biex tkun mibnija fl-ispazju miftuħ ta’ quddiem il-qorti. Ippropona dan meta ppjana li permezz tagħha, ser ikunu ppumpjati 40,000 gallun ilma kuljum.

Madanakollu, l-ilma tagħha maż-żmien, beda jagħmel ħsara lill-ġnub tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann u b’hekk tneħħiet. Minflokha, illum hemm il-Monument tal-Assedju l-Kbir tal-artist Antonio Sciortino li kien inawgurat fl-1927.
Informazzjoni u Ritratti ta’ Vincent Peresso