Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħabbar li tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq tliet monumenti ta’ personalitajiet distini mis-Siġġiewi; dak ta’ Patri Ġużè Delia, il-Poeta Karmenu Vassallo u ta’ Pawlu Aquilina.
L-Artist Aaron Camilleri Cauchi kelli din il-biċċa xogħol f’idejh fejn f’dawn l-aħħar ġimgħat għamel xogħol impekkabbli.
Dan kien l-ewwel proġett kulturali li l-Kunsill Lokali Is-Siġġiewi ħadem fuqu matul din is-sena.
Is-Sindku Dominic Grech qal li l-ħidma se tkompli fl-2021. “Fl-2021 se nkomplu għaddejin b’dawn ix-xogħolijiet b’restawr tal-monument ta’ Dr Nikola Zammit filwaqt li fl-ewwel ġimgħat tas-sena l-ġdida se jibda x-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa ta’ San Nikola u restawr ta’ ħames niċeċ li jinsabu f’zoni rurali fis-Siġġiewi.
Hekk nieħdu gost nisimgħu u naraw! Prosit tassew lilkom!