Araw Il-Mosta Kif Ma Timmaġinawhiex Illum!

Ritratt mill-isbaħ li ttella’ minn Frank Salt Real Estate juri l-ġenb tal-Knisja tal-Mosta u l-imkejjen fejn illum hemm iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-madwar f’dehra differenti mmens minn dik li nafu llum. Ir-ritratt ittieħed fl-1962; sentejn qabel Malta saret Indipendenti. Innutaw il-karozzi tal-linja, il-vetturi bl-istil ta’ żmienhom, il-bankini, u l-ftit nies li hemm. Min jaf min kienu…

Kif Kienet L-Ikla Tal-Milied Fit-Tieni Gwerra Dinjija?

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2020, se jsir webinar interessanti b’relazzjoni bejn il-Milied u t-Tieni Gwerra Dinjija. Dan se jsir minn Heritage Malta fejn se jintwera wkoll filmat ta’ 20 minuta li jiffoka fuq il-Milied tul is-snin ta’ bejn l-1939 u l-1944. Irreġistra hawn: https://bit.ly/2WhFEWr   How was Christmas in Malta during the Second World War? …