Ritratt mill-isbaħ li ttella’ minn Frank Salt Real Estate juri l-ġenb tal-Knisja tal-Mosta u l-imkejjen fejn illum hemm iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-madwar f’dehra differenti mmens minn dik li nafu llum.
Ir-ritratt ittieħed fl-1962; sentejn qabel Malta saret Indipendenti.
Innutaw il-karozzi tal-linja, il-vetturi bl-istil ta’ żmienhom, il-bankini, u l-ftit nies li hemm. Min jaf min kienu dawk in-nies! Insaellmu l-Mostin kollha.
Ir-ritratt huwa ta’ Stevie Vella via Bay Retro.