“Pass pass, neqirdu d-diskriminazzjoni sistematika f’pajjiżna.’ Hekk tenniet l-Onorevoli Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar fejn kompliet tgħid, li issa n-nisa u l-irġiel ser ikunu mitluba jagħtu l-istess informazzjoni f’atti pubbliċi, jiġifieri quddiem nutar meta jkunu iffirmati dokumenti.
Ilbieraħ, il-Parlament approva b’mod unanimu, liġi li biha din id-diskriminazzjoni ser tinqered darba għal dejjem.
Sostniet li l-ħidma favur l-ugwaljanza ma tieqaf qatt għaliex qed issir ħidma kontinwa biex jinbidlu sistemi inugwali li kienu rabbew l-għeruq u li kienu tant jaffettwaw il-mod ta’ kif ngħixu u naħsbu.
“Pass wara l-ieħor, determinati bħala Gvern li nħottu dawn is-sistemi li llum ma jservunhiex!”, stqarret Cutajar filwaqt li qalet li s-sena d-dieħla ser tkompli bil-ħidma tagħha biex dawn l-abbozzi ta’ ugwaljanza jgħaddu wkoll mill-parlament.
Dawn huma passi importanti wkoll li jitniżlu fl-istorja ta’ pajjiżna. Prosit tassew!