Heritage Malta se tiftaħ 5 swali ġodda fil-mużew MUŻA li fihom ser ikun hemm esebita arti ta’ artisti rinomati bħall-Mattia Preti, il-Franċiż Antoine Favray u l-artist magħruf Malti li kien imlaqqam ‘Ix-Xitan tal-Pinzell’; Giuseppe Calì, apparti artisti oħra ta’ żmienhom.
Ser ikun hemm ukoll programm ta’ projezzjonijiet artistiċi bil-laser fil-bitħa tal-MUŻA matul il-jiem tal-festi tal-Milied.
Din il-wirja diġitali se tkun tista’ titgawda fil-bitħa tal-mużew mill-5.30pm ’il quddiem bejn il-11 ta’ Diċembru 2020 u l-10 ta’ Jannar 2021. Din il-wirja se tkompli tintwera anke wara l-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużew u se tkun miftuħa għall-pubbliku bla ħlas.


RitrattI: DOI / Clodagh O’ Neil