Iva smajtu sew. Ritratti li ttellgħu fil-grupp Nostalgia Malta juru x-xelters ta’ taħt il-Maċina li ntużaw matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Impressjonanti tassew! Fl-istess grupp, intwera sapport li dawn għandhom ikunu rrestawrati u miftuħa għall-għajn pubblika.
Il-kelma Maċina ġejja mill-kelma Taljana ‘Macchina’ fejn purament kienet tintuża bħala biex jitneħħew arbli minn fuq ix-xwieni fi żmien il-Kavallieri.
Fil-bidu, dan il-famuż apparat (arblu) kien tal-injam, li mbagħad inbidel għal wieħed tal-ħadid u baqa’ saħansitra jintuża taħt il-ħakma Ingliża.
L-użu tiegħu ġie fi tmiemu meta kien ivvintat il- ‘hydraulic crane’ għall-ħabta tal-1886.
Ritratt li juri l-Maċina fl-imgħoddi: CultureMalta.org