Ritratt li nnutajna kien dan tal-Perit Duminku Mintoff… Kien għadu kif għamel il-preċett. jidher li ttieħed fl-1921 u tidher ukoll firma/dedika li mhix ċara.
Twieled fis-6 t’Awissu fl-1916 u tgħammed f’Bormla. Missieru kien kok man-Navy Ingliża u ommu kienet issellef il-flus biex tgħin in-nies.
Attenda wkoll is-Seminarju u anke l-Università ta’ Malta u ggradwa b’Baċċelerat fix-Xjenza u aktar tard, sar arkitett u inġinier. Kien ukoll rebaħ Rhodes Scholarship u studja wkoll fl-Università t’Oxford.