Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għażel bħala rebbieħ tal-Kategorija Riċerka ta’ Natura Bijografika u Storjografika l-ktieb: “Ir-Redentur. History, Art, and Cult of the Miraculous Effigy of Christ the Redeemer at Senglea, Malta.”
L-editur tiegħu kien Fr. Jonathan Farrugia li ħa l-okkażjoni jirringrazzja lill-Arċipriet tal-Parroċċa Sengleana Dun Robin Camilleri li fdalu din il-biċċa xogħol.
Il-ktieb jinkludi wkoll riċerki minn esperti fil-qasam; Sandro Debono, Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani
L-Arċipriet Camilleri, iddeskriva dan l-unur bħala unur għall-parroċċa u għall-Belt Senglea.