Illum It-Toroq Kienu Mimlijin Bin-Nies…
Illum deher li f’ħafna ħinijiet, it-toroq kienu miżgħuda bit-traffiku. Jista’ jkun għaliex spiċċat l-iskola jew bosta waqfu ftit mix-xogħol għall-jiem tal-festi. Jew forsi ix-xiri tal-aħħar tal-Milied? Infakkru biex nibqgħu attenti meta nżuru l-ħwienet. Tajjeb li nixtru, niddevertu u nagħmlu l-qadi tagħna. Iżda l-pandemija għadha ma spiċċatx. Ma jinfelaħx tara ħanut imballat bin-nies kulħadd ġo xulxin!…