Illum deher li f’ħafna ħinijiet, it-toroq kienu miżgħuda bit-traffiku. Jista’ jkun għaliex spiċċat l-iskola jew bosta waqfu ftit mix-xogħol għall-jiem tal-festi. Jew forsi ix-xiri tal-aħħar tal-Milied?
Infakkru biex nibqgħu attenti meta nżuru l-ħwienet. Tajjeb li nixtru, niddevertu u nagħmlu l-qadi tagħna. Iżda l-pandemija għadha ma spiċċatx. Ma jinfelaħx tara ħanut imballat bin-nies kulħadd ġo xulxin! Għax kien hemm ħafna hekk ukoll!
Nitolbukom li nitgħallmu nħaddmu ftit iżjed il-loġika. Huwa normali li fl-aħħar jumejn ħafna jagħmlu x-xiri li ma jkunux laħqu… Imma din is-sena ma ħsibna xejn qabel minħabba s-sitwazzjoni kif inhi?
Ritratt: Gadgets Malta (għalkemm f’ħafna nħawi, s-sitwazzjoni llum kienet eżatt bħal fir-ritratt, dan ir-ritratt intuża biex jispjega l-argumentazzjoni fl-artiklu u ma jfissirx li juri x-xeni tal-lum 23 ta’ Diċembru 2020)