Ix-Chalet kien imkejjen ta’ divertiment f’Tas-Sliema fejn lura fis-snin għoxrin tas-seklu 20, kien l-uniku post f’pajjiżna, bħal dak li llum insejħulu ‘lido’. Kien mibni fuq żewġ sulari; fejn in-nies jiżfnu, jixorbu u anke jixxemxu bil-mużika tal-orkestra li kienet il-mużika popolari għal dak iż-żmien.
Fih kienu jdoqqu l-aqwa gruppi lokali; filgħodu n-nies jixxemxu u filgħaxija, jintasbu jissoċjalizzaw b’ilbies eleganti. Il-post kien jintuża wkoll għat-tieġijiet u avvenimenti privati.
Min kien jagħmel użu minnu, kien juri li hu jappartjeni għal ċerta klassi.
Iżda maż-żmien, ix-Chalet spiċċa aktar iservi bħala kiosk u kien fl-1939, li qala’ l-ewwe daqqa ta’ ħarta fit-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1944, kien għadda f’idejn propjetarji ġodda u reġa’ nfetaħ.
Ingħalaq kompletament fl-1963 u fl-2006, twaqqa’ l-fdal minnu kompletament. Kemm kien sabiħ u eleganti. Dak kien żmien!