Fl-1908 faqqa’ t-terremot li qered lil Messina u li kien inħass sewwa f’Malta. B’kollox kienu saru sitt skossi fi kważi siegħa. Il-pubbliku kien twerwer.
Għall-ħabta tat-7.45am kien seħħ maremoto fejn waqt li l-Port il-Kbir kien imħares mill-Breakwater, dak ta’ Marsamxett ma kienx.
Il-baħar għola aktar minn metru, tela’ l-art u daħal fil-ħwienet ta’ dak iż-żmien u fid-djar f’Tas-Sliema, l-Imsida u f’Tal-Pietà.
Il-Kap Kmandant tal-Flotta Ingliża fil-Mediterran li kien Malta, ordna li jitgħabbew gvieret, mediċini, tined, ikel u l-flotta telqet lejn Messina. Tabib Malti mar-Royal Army Medical Corps u 13-il tabib Malti pajżana oħra flimkien ma’ spiżjar, marru jagħtu l-għajnuna.
Għal din l-għajnuna, ir-Re Vittorio Emanuele II ta midalji ta’ unur lil aktar minn 50 Malti.
Ritratt: visitsicily.com