Bħal-lum fl-1917, inkixef il-Monument ta’ Kristu Re fil-Furjana, xogħol il-Malti Antonio Sciortino. Dan ifakkar il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar f’Malta bejn it-13 u s-27 t’April tal-1913.
Fost dawk preżenti kien hemm il-Gvernatur Field Marshall Lord Metheum waqt li l-Arċisqof Dom Mauro Caruana f’diskors, fakkar il-Kungress.
L-Arċisqof flimkien mal-Gvernatur kixfu l-Monument maestuż li għadu jsebbaħ il-post sal-lum.
Ritratt: L-Abbozz tal-Monument/ Times of Malta
Ritratt Prinċipali: TVM