Jiżżanżan Ventartal Uniku Fir-Rabat Għawdex Lejliet L-ewwel tas-Sena

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm iżżanżan Ventartal tal-Milied fil-knisja tal-Kapuċċini fir-Rabat Għawdex. Ventartal differenti minn dak li mdorrijin naraw fejn spiss ikunu tal-fidda u dari, kienu jkunu tal-ġild. L-artist George James Cutajar Zahra iddisinja u pitter l-ornament tiegħu filwaqt li l-pittura ċentrali hija ta’ missieru Joe Cutajar Zahra. Awguri tassew!