Bħal-lum 7 ta’ Jannar tal-1865, twieled il-politiku William Savona, iben il-politiku Siġismondo Savona. William kien avukat u fl-1921 kien elett bħala l-President tal-Malta Labour Party u kien mexxa lill-partit fl-elezzjoni tal-1921, l-1924 u tal-1927.
Kien miżżewweġ lil Nusa Rosenbush u kellu żewġ subien u erbat ibniet.
William Savona kien ir-rappreżentant tat-Trade Union Council fis-Senta u bejn l-1922 u l-1923 kien il-Ministru tal-Posta, Dwana, Agrikultura u s-Sajd.
Wara li rtira mis-Senat fl-1924, kien elett għall-Assemblea Leġislattiva meta aġixxa bħala Mexxej tal-Partit Laburista.
Savona miet fit-18 ta’ Jannar tal-1937 u kien ingħata funeral militari għaliex kien irtira bħala Kurunell, qabel ma daħal fil-politika.
Kos hux, mur għidilhom il-fundaturi politiċi taż-żewġ partit l-kbar f’Malta, jaraw kemm evolvew dak li bdew huma.
Ritratt: VassalloMalta.com