Kienet azzjoni sabiħa u ġest simboliku fl-istess ħin dik li l-Kardinal Malti Mario Grech ingħata l-lazz ażħmar li jżomm is-salib pettorali, li kien tal-Kardinal Prospero Grech.
Dan seħħ fil-Kurja Ġenerali tal-Ordni Agostinjan, fejn il-kardinal qed jirrisjedi bħalissa. Il-Pirjol Ġenerali P. Alejandro Morál Antón osa irregala lill-Kardinal Malti salib pettorali tal-fidda b’relikwa ta’ Santu Wistin, akkumpanjata biċ-ċertifikat ta’ awtentikazzjoni mill-postulatur ġenerali tal-Ordni, P. Josef Sciberras osa.
Tajjeb insemmu li fl-2017, il-kardinal Mario Grech kien inagħta l-affiljazzjoni fl-Ordni Agostinjan fis-sena tal-biċentinarju tal-Provinċja. Din tingħata lil dawk il-persuni li jagħtu ġieħ u jgħinu lill-proniċja Agostinjana u mhux bilfors ikunu reliġjużi iżda wkoll lajċi.
Permezz ta’ din l-affiljazzjoni, konċessa mill-Pirjol Ġenerali, mogħni bl-awtorità meħtieġa mis-Santa Sede, Grech huwa meqjus bħala wieħed mill-ulied tal-Ordni, u jagħmel parti bis-sħiħ mill-Familja Agostinjana.
Jista’ jkun hemm nies komuni li jgħinu b’imħabba lill-Ordni Agostinjana li jingħataw din l-affiljazzjoni.
Tagħrif u Ritratti: https://agostinjani.org/mt