Kien fl-10 ta’ Jannar tal-1640 li ħarġet ordni favur il-wirt miktub. Dan bil-għan li jitħarsu l-kuntratti u t-testmenti li jkunu saru quddiem nutar.
B’din l-ordni, kien stabbilit l-Arkivju Notarili biex hekk, dokumenti importanti bħal dawn jibqgħu jeżistu anke wara li jmut nutar.
Din ovvjament għadha tgħodd sal-lum. Li kieku dan ma sarx, kien jinqala’ ħafna iżjed inkwiet fost il-familji fuq wirt u dettalji oħra. Barra minn hekk, permezz ta’ din l-ordni għandna evidenzi storiċi ta’ x’sar fil-passat f’pajjiżna, fir-rigward ta’ ftehim, kitbiet, atti notarili u wirt.
Ritratt: justice.gov.mt