Bħal-lum fl-1887, kien beda x-xogħol fuq l-Istitut ta’ Fra Diegu fil-Ħamrun, mill-flus imħollija mill-Markiż Scicluna.
Kien hemm tama li x-xogħol jitlesta sal-anniversarju tar-Reġina Vittorja.
L-istitu kellu jilqa’ 200 tfajla.
Il-Markiż Scicluna kien benefattur kbir speċjalment fir-raħal li kien jgħix fih; in-Naxxar. Sal-lum, il-Markiż Scicluna jissemma bil-bosta fuq fomm in-Naxxarin, speċjalment malli toqrob il-festa li tagħha ħallas bosta opri kbar u sbieħ, fosthom il-pavaljun blu bellusi li jintrama fuq l-istatwa barokka tal-Bambina.
Dan huwa pavaljun uniku rrakmat bid-deheb u b’kuruna magħmula mill-injam, fidda u deheb mastizz.
Ritratt: TVM.com.mt