Fit-12 ta’ Jannar tal-1799, kellu jibda l-komplott kontra l-ħakma Franċiża f’Malta immexxi minn Dun Mikiel Xerri. Dan il-komplott kien inkixef lejlet li kellu jsir.
Il-Pjan kien li jindaqqu l-qniepen u titla’ l-bandiera b’San Pawl fuqha bħala sinjal ta’ rewwixta. Iżda ġara li jum qabel, fit-Teatru Manoel kienet saret rappreżentazzjoni għar-rebħa li l-qawwiet Franċiżi kien għamlu fuq in-Naplitani u għall-abdikazzjoni ta’ Karlu IV, Re ta’ Sardinja.
Is-suldati Franċiżi waqt li kienu neżlin Marsamxett raw xi ħaġa tiċċaqlaq. Kienu l-Karkariżi li niżlu bid-dgħajjes. Il-komplott kien tmexxa mill-Kursar Guglielmo Lorenzi.
B’kollox, 49 persuna, fosthom Dun Mikiel Xerri kienu ngħataw il-mewt billi sparawlhom.