Fl-1899, mara tallaba nstabet mejta f’darha fi Triq it-Taraġ fil-Belt Valletta. Matt-tfittxija li saret fid-dar, instabu mat-380 lira sterlina f’deheb moħbija f’diversi postijiet.
Il-mara kellha wkoll diversi oġġetti tad-deheb meħjuta mal-libsa li kellha fuqha.
Sal-lum, meta nisimgħu b’xi ħadd li nstab mejjet, ukoll għadna niċċassaw bl-aħbar. Immaġinaw f’dak iż-żmien. Tinsewx li apparti forsi qtil fuq serq, ħafna kienu jibżgħu minn stejjer tal-waħx.
Ritratt: Legend & Dreams