Bħal-lum 16 ta’ jannar tal-1906, twieled Rużar Briffa. Ommu kien jisimha Ġovanna u missieru Duminku. Fl-1931, iggradwa bħala tabib. Briffa kien kiteb il-poema patrijottika Ġens il-Malti. Bħala student, kien promotur flimkien ma’ Dr. Ġużè Bonnici biex fl-1931 twaqqfet L-Għaqda tal-Malti tal-Università.
It-Tabib Briffa kien ukoll l-ewwel editur ta’ Leħen il-Malti. Kellu karriera fil-mediċina u speċjalizza fil-mard tal-ġilda. Fl-1951, kien ingħata l-Kattedra tad-dermatoloġija.
Interessanti li meta mietet martu Constance li kienet magħrufa bħala Connie, tant ombra d-dar li kienu jgħixu fiha li beda jorqod f’kamra fl-isptar ċentrali. Hi mietet f’April tal-1950 wara li ħakmitha marda kiefra.
Rużar Briffa kien miet fit-22 ta’ Frar tal-1963 fl-eta ta’ 57 sena.
Ritratt: Facebook/ Rużar Briffa