Il-Fratellanza San Ġużepp Għaxaq A.D 1750 ħabbret il-programm għal matul il-ġimgħa d-dieħla biex jagħtu merħba lura fosthom, lill-istatwa devota u maħbuba ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq.
Dan wara restawr li sar fil-gżira Għawdxija. Il-karnaġġjon u r-restawr tal-istatwa fl-injam sar minn Michael u Adonai Camilleri Cauchi filwaqt li r-restawr tal-pedestall u l-induratura fuq kemm l-istatwa u anke l-pedestall, sar minn Mario u wliedu Ruben u Austin Camilleri Cauchi.
Illejla se ssir akkademja mużikali mill-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq fil-Katidral ta’ Santa Marija fiċ-Ċittadella f’Għawdex. Waqt l-akkademja, se ssir l-inawgurazzjoni u l-kxif tal-istatwa wara r-restawr.
Għada filgħodu, se ssir quddies ikkonċelebrata mill-Kapitlu tal-Katidral u l-kleru Għaxqi fl-10.00 u f’12.00 San Ġużepp joħroġ mill-Katidral f’Għawdex biex jaqbad triqtu lejn Malta.
Awguri lilll-Ġużeppini kollha fis-sena Internazzjonali Ġużeppina; kif qed tissejjaħ mill-Vatikan, speċjalment lill-Għaxqin.
Ara l-porgramm hawn taħt: