Fl-1841, fil-gazzetta Malta Times, dehret ittra dwar proposta li parti mill-bini fuq wara tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann kienet se ssir posta.
Il-kittieb qal li kien ikun aktar xieraq kieku jittieħed il-bini ta’ taħt il-Biblijoteka Nazzjonali.
L-ewwelnett għax hemm kuridur li jservi ta’ kenn mix-xita fix-xitwa u t-tieni, għax kien hemm żewġ bibien man-naħa tal-bieb prinċipali.
Wieħed minnhom seta’ jintuża għall-pakketti postali u l-ieħor għall-posta lokali.
Kos hux… Kemm ideat fi żminijiet differenti!








