Illum huwa mfakkar l-Olokawst orribbli li qatel mas-6 miljun Lhudi fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba l-ideoloġiji ta’ Hitler.
Imma storikament, Malta ospitat lil dan il-poplu fi ħdanha. L-Għeruq Lhudi f’Malta huwa antik saħansitra mir-raba’ u l-ħames sekli fejn waqt il-perjodu Ruman diġà kien hawn preżenza minnhom f’pajjiżna.
Xhieda ta’ dan huma d-diversi katakombi tal-Lhud bi tpenġijiet li juru l-menorah tagħhom; li huwa tip ta’ kandelabru. Dan jinsab fil-katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat.
Tajjeb li nsemmu, li fl-Imdina, kien hemm l-akbar preżenza tal-Lhud f’Malta fejn kienu meqjusa bħala għorrief u poplu intelliġenti mmens.
Fl-Imdina wkoll kellhom il-famuż ‘Suq tal-Ħarir’ u nsibu wkoll il-Bieb tal-Lhud.
L-għeruq Lhudi jinsab saħansitra fil-gżira ta’ Kemmuna fejn kien jgħix il-famuż Mistic Lhudi Avraham Abulafia.
Interessanti hux?!
Nieħdu l-okkażjoni nsellmu lil-Lhud kollha li tilfu ħajjithom f’dak li hu meqjus ġenoċidju enormi bejn l-1941 u l-1945.
Ritratt: Mayjo Car Rental