Malta dejjem attirat ħakkiema minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha; dan għamel lil pajjiżna ċentru rikk ta’ storja u kultura. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħa ħsieb li jfakkar il-memorja tal-istorja Maltija b’relazzjoni mal-flus li ntużaw taħt ħakkiema differenti.
Dan jinsab fis-sala prinċipali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li huwa miftuħ għall-pubbliku bla ħlas fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
Hemmhekk tistgħu taraw esebizzjoni ta’ muniti u karti tal-flus użati fi żminijiet differenti fosthom dawk fi żmien Puniku, fi żmien rikk tal-Ordni ta’ San Ġwann, il-perjodu Ingliż u mbagħad, il-bidla għas-sistema deċimali ta’ Malta fl-1972 li pass wara l-ieħor, sena wara l-oħra, wasslu biex illum nużaw il-munita Euro.
Il‑mużew jinkludi wkoll muniti għall‑kollezzjonisti u muniti kommemorattivi maħruġa mill‑Bank tul is‑snin.
Tista’ ssegwi wkoll preżentazzjoni virtwali tal-muniti f’dan is-sit: https://www.centralbankmalta.org/mt/currency-museum