“Matul l-ewwel jiem ta’ Frar, ser isir iffilmjar ta’ Film fil-bajja tar-Rinella, il-Kalkara”, tenna s-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina.
Dan se jinġibed bejn it-2 u l-5 ta’ Frar bejn il-5pm u t-3 ta’ filgħodu.
Qal li peress li l-film imur lura għal żmien il-gwerra, waqt l-iffilmjar ser jintużaw xi armi foloz filwaqt li ser jinstemgħu xi sparaturi. Għalhekk il-pubbliku qed ikun mgħarraf biex ma jallarmax ruħu.
Itt-toroq tal-bajja u l-madwar ser ikunu magħluqa. Is-Sindku Aquilina rringrazzja lir-residenti tal-madwar għall-kooperazzjoni, filwaqt li skuża ruħu f’isem il-kunsill, għal kull inkonvenjent.
Ritratt: Times of Malta








