Inzertajna fis-sena tal-pandemija; it-tieni sena biex ngħidu eżatt. Fi Triq Melita fil-Belt Valletta, innutajna din id-dar antika li magħha hemm irħama li tgħid:
“F’din id-dar, għex u miet il-Kanonku ta’ San Pawl, Prokuratur ta’ Santa Luċija Dun Karm Decelis, li miet vittma tad-dmirijiet saċerdotali tiegħu fl-Epidemija tal-Kolera fis-sena 1865. Huwa midfun fiċ-ċimiterju tal-Pietà.”
Kos hus, min qatt basar li fi żmien ta’ tant avvanz xjentifiku, kienet ser terġa’ tfaqqa’ epidemija oħra?!
U punt ieħor: kemm hemm postijiet storiċi fil-Belt Valletta li forsi mhux kulħadd jaf bihom, għaliex ħafna huma dawk li jduru biss it-toroq prinċipali u kummerjali fil-Kapitali Maltija imma hemm toroq minsijin u ma żżurhomx jekk ma tkunx tgħix fihom. Xi ġmiel ta’ wirt!