Kienu Jgħaddu Minn Fuqhom Biex Imorru Minn Għalqa Għall-Oħra… Illum Jinsabu Bejn Il-Bini

L-Imtagħli hija kelma Maltija antika għal mgħoddija jew passaġġ li kien jinbena mill-bdiewa bil-ġebel tas-sejjieħ u li kien jintuża biex minn fuqhom, jgħaddu mingħajr ma jirfsu l-għelieqi nfushom. Dawn tar-ritratt jinsabu f’Ħal Kirkop, u plakka ta’ informazzjoni tgħid li anke l-Kappillan ta’ Ħal Kirkop kien jgħaddi minn fuqhom biex imur sa Ħal Safi jew l-Imqabba…