L-Imtagħli hija kelma Maltija antika għal mgħoddija jew passaġġ li kien jinbena mill-bdiewa bil-ġebel tas-sejjieħ u li kien jintuża biex minn fuqhom, jgħaddu mingħajr ma jirfsu l-għelieqi nfushom.
Dawn tar-ritratt jinsabu f’Ħal Kirkop, u plakka ta’ informazzjoni tgħid li anke l-Kappillan ta’ Ħal Kirkop kien jgħaddi minn fuqhom biex imur sa Ħal Safi jew l-Imqabba tant li kienu twal mal-140 metru.
Illum, dawn l-imtagħli jinsabu bejn il-ħitan tal-iskola. Almenu, ma tkissrux.
O żmien ħelu…