Bl-isem ta’ God’s Soldiers, din hija l-ewwel produzzjoni li saret maħduma bi preċiżjoni dwar l-Assedju l-Kbir f’Malta. Il-produzzjoni kienet ippreżentata fl-Awstrija lejn l-aħħar tas-sena 2020 skont l-IMDB (sors uffiċjali onlajn dwar films kbar u ċinematografiċi).
Din kienet issaportjata mill-Malta Film Commission u l-European MEDIA Creative Europe.
L-istorja tal-Assedju l-Kbir hija fost l-iktar, jekk mhux l-aktar popolari fuq fomm kulħadd anke t-turisti, meta jaqa’ l-ħsieb fuq l-istorja ta’ Malta. Hija storja eċitanti fi kliemna llum; mhux l-istess għal niesna li għexuha dak iż-żmien, għaliex kien żmien ta’ biża’ meta ma kinux jafu x’seta’ jiġri minn art twelidhom.
Din il-produzzjoni saret mill-għajn ta’ tifel Ottoman u l-kontro oppost tiegħu, novizz Kristjan.
Jekk taħseb ftit, it-tnejn li huma; it-Torok u l-Kavallieri ġġieldu f’isem Alla.