Ritratti interessanti li nnutajna mtellgħin minn David Debono fuq facebook li juru faxxa wiesgħa ċara mal-ġenb tar-Rotunda tal-Mosta.
Fir-ritratt (li juri l-faxxa ċara tal-ġebel) ta’ Agius u Ellis, tidher imbagħad tromba maġenb il-koppla li aktarx kienet inbniet sabiex jitla’ l-ġebel minnu waqt il-bini.
Ir-ritatt l-ieħor ittieħed minn Joannes Gennadius għall-ħabta tal-1855/1857 waqt l-istudji tiegħu f’Malta. Grazzi wkoll lill-Professur Arnold Cassola li sab dan ir-ritratt flimkien ma’ oħrajn, waqt li kien qed jagħmel ir-riċerka fil-Greċja.
Xi ġmiel hux?! Kieku ma jkollnhiex dawn it-tifkiriet u l-kitbiet, kieku kollox jintesa u qas noħolmu kif ikunu saru ċerti affarijiet.