Dawn ir-ritratti kien ħadhom il-Perit Micallef. Hu kien inkarigat mill-bini tal-Università ta’ Malta f’ Tal-Qroqq. Fihom jidher il-Prinċep Karlu.
Ġew f’idejna grazzi għal Toni Spiteri li qalilna li r-ritratti kien ħadhom hu stess; jiġifieri, William Micallef innifsu li kien responsabbli mill-bini tal-Università.
Is-sena hija l-1968.
Jekk għandkom ritratti u tagħrif simili, nieħdu gost li taqsmuh magħna biex nixxerjawh mal-pubbliku li żgur issib dan, ta’ interess.
Ritratt: Toni Spiteri