Imut Mons. Dun Ġwann Azzopardi – Kuratur Tal-Mużew Tal-Katidral Tal-Imdina
Monsinjur Dun Ġwann Azzopardi; kuratur tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina, tal-Arkivji kif ukoll kuratur tal-Mużew Wignacourt fir-Rabat ħalla din id-dinja llum. Il-mewt tiegħu tħabbret fuq il-midja soċjali fejn anke l-artist ċelebri Chris Ebejer sellem il-memorja tiegħu permezz ta’ bust kontemporanju li ħadem hu stess ‘dal vivo’ u li issa ser jitpoġġa fil-Mużew Wignacourt li waqqaf hu stess…