Bħal-lum 20 ta’ Frar tal-1578, kien sar it-tberik tal-knisja ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta li kienet il-Knisja Konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann.
Il-Knisja kienet inbniet minn flus il-Gran Mastru Fra Jean Levesuqe de la Cassiere.
Il-pedamenti bdew fl-1573 taħt id-direzzjoni tal-arkiettt bravu Malti Ġilormu Cassar.
Tbierket mill-Arċisqof ta’ Monreale; Monsinjur Ludovico de Torres. Il-Gallarija li hemm fil-faċċata kienet maħsuba biex minn fuqha, ikun imħabba il-Gran Mastru meta jiġi elett.
Ritratt: eveandersson.com








