Bħal-lum fl-1905, beda s-servizz tat-tramm f’Malta mill-kumpanija Mc Cartney, Mc Elroy and Col. Ltd.
Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni saret ħdejn il-power station tal-Marsa. Fuq l-ewwel vjaġġ lejn il-Belt Valletta kien hemm il-Gvernatur; il-Ġeneral Sir Mansfield Clark.
Il-kuntratt kien għal 90 sena u l-kumpanija kellha tagħmel 10 mili ta’ linji.
Ovvjament mas-snin dan il-pjan inbidel kompletament iżda qed naraw li iżjed ma jgħaddi ż-żmien, qed iqumu domandi jekk bħala pajjiż, għandniex naħsbu fuq sistemi alternattivi għat-trasport f’Malta minħabba li t-traffiku dejjem jiżdied u r-raġunar jgħidlek, li ma tistax tibqa’ tiekol mill-artijiet jekk irridu li jkollna ftit pulmun t’arja nadifa.
Taqblu magħna?
Ritratt: TVM.com.mt








