Meta Qamet Tilwima Bejn Il-Gvern U L-Knisja Dwar Il-Kwadri Ta’ Caravaggio

Bħal-lum 25 ta’ Frar tal-1957 waslu minn Ruma, iż-żewġ kwadri tal-Caravaggio li kienu fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Dawn ġew lura mir-restawr. Mit-Tarzna, fejn waslu fuq bastiment tar-Royal Navy, ittieħdu fil-Mużew Nazzjonali; punt li qajjem tilwima bejn il-Knisja u l-Gvern. Wara, tpoġġew f’posthom fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.   Ritratt: Malta Info Guide