Fl-1982, f’Moska fl-Unjoni Sovjetika, kien ġie ffirmat ftehim għall-espansjoni tal-koperazzjoni ekonomika u teknika kif ukoll kuntratt ta’ 3 snin għall-counter trade.
Il-Kuntratt kien jiswa 265 miljun Dollaru Amerikan.
Malta kellha tibni 8 vapuri tal-merkanzija għall-Unjoni Sovjetika.
Meta taħseb ftit, ara minn dan il-pajjiż żgħir, kemm sar kuntatt ma’ pajjiżi ferm akbar tant li anke pprovdejna xogħol għalihom jew prodott f’xi forma jew oħra.
Din hija l-istorja ta’ pajjiżna. Kull jum li jgħaddi, jinkiteb fil-kotba storiċi ta’ Malta.