Twieled fil-5 ta’ Marzu tal-1764 u miet fis-sena 1829. Mikiel Anton Vassalli kien patrijott Malti u magħruf u meqjus bħalha missier l-Ilsien Malti fejn anke qaleb xi kotba mill-iskrittura għal-lingwa Maltija.
Fuq dan il-fatt, kien hemm membri fil-Knisja li ma jarawhx daqstant f’dawl tajjeb. Kien ukoll Professur tal-Malti fl-Università meta l-Malti, ddaħħal għat-tagħlim.
Kien ukoll filosfu u kittieb prim. Kiteb l-Alfabett tal-Malti fl-1790. Mal-Ordni ta’ San Ġwann ma tantx kien jinżel tajjeb tant li ngħaqqad mal-partit tal-Ġakbini (Jacobins) li kienu jissimpatizzaw mal-Franċiżi.
Minħabba f’hekk, weħel sentenza ta’ għomor il-ħabs imma rnexxielu jiżgiċċa u mar jgħix fi Franza u fi Spanja sal-1820. Imbagħad tħalla jirritorna lejn Malta u beda jissimpatizza mal-Ingliżi li kienu protestanti, tant li wara mewtu, ma ndifinx f’ċimiterju Kattoliku iżda fiċ-ċimiterju Protestant tal-Ingliżi fl-Imsida.
Minkejja dan kollu, illum Vassalli huwa meqjum bħala wieħed mill-aqwa Maltin li ħadem għall-ilsien tagħna. Insellmu l-memorja tiegħu.
Ritratt: Joseph Gerada/ Gerada Photography