Dan Hu L-Monument Propost Li Se Jfakkar Lill-Professur Oliver Friggieri
Tħabbru l-artist u l-post tal-mafkar f’ġieħ Oliver Friggieri permezz ta’ stqarrija minn Heritage Malta; il-proposta magħżula hija dik tal-artist John Grima. Dan wara s-sejħa li ħarġet ftit xhur ilu għad-disinn tal-mafkar. Ġie deċiż ukoll li l-monument jitqiegħed il-Furjana, fejn il-Professur Friggieri qatta’ tfulitu u żgħożitu. Il-proċess kien ikkordinat mis-Sur Mario Cutajar, id-Direttur Eżekuttiv ta’ Heritage…